16 artikli

  • Tfal

    Xi tfisser Multimodalità?

    Illum se nitkellmu dwar xi ħaġa importanti ħafna: it-trasport u kif dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-ambjent! Aħna nużaw it-trasport kuljum biex niċċaqalqu minn post għal ieħor, kemm jekk sejrin l-iskola, naraw lil xi ħabib, jew morna xi vjaġġ. Imma tafu li hemm tipi differenti ta’ trasport? Ejja naraw xi jfissru dawn iż-żewġ kelmiet: multimodalità fit-trasport u bidla modali.

  • Ġenerali

    Nużaw trasport aktar nadif u sostenibbli

    Il-mobbiltà sostenibbli hija fundamentali għat-tisħiħ tal-kwalità tal-ħajja u l-protezzjoni tal-ambjent, speċjalment f’pajjiż żgħir bħal Malta. Il-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġis huma żewġ elementi li jmorru kompletament kontra l-prinċipji ta’ mobbiltà sostenibbli, allura huwa kruċjali li niffukaw fuq mezzi alternattivi ta’ trasport li huma aktar ħodor u effiċjenti. Transport Malta għandha rwol importanti f’din il-missjoni u qed tippromwovi bis-sħiħ l-idea ta’ mobbiltà sostenibbli lil komunitajiet kollha f’pajjiżna.

  • Tfal

    L-Avventuri ta’ Emilja: Mixja sa Wied il-Qlejgħa

    Qomt eċitata għax kont naf li n-nanna Lina kienet se ċċempilli. Kif irrispondejt it-telefon in-Nanna qaltli b’ħeġġa: “Ilbes żarbun komdu għax illum sejrin mixja speċjali!”

  • Tfal

    Irrid inkun Ċiklist!

    Kemm tieħu gost issuq ir-rota? Tista’ tgawdi n-natura, tesplora toroq ġodda, u tgħaddi ħin sabiħ tagħmel eżerċizzju! Imma biex tkun ċiklist tajjeb, trid tkun responsabbli u tieħu ħsieb kemm tiegħek innifsek kif ukoll tan-nies ta’ madwarek.

  • Tfal

    Irrid inkun Ċiklist!

    Ir-roti hija mezz ta’ trasport mill-aqwa biex tqatta’ ħin ta’ pjaċir, tagħmel eżerċizzju, u anke tiskopri postijiet ġodda. Kemm jekk ħiereġ issuq mal-ħbieb, tesplora xi toroq, jew sempliċiment tgawdi n-natura, huwa importanti ħafna li tkun ċiklist responsabbli. Ħafna minnkom żgur li rajtu persuni jsuqu r-roti fit-triq, lebsin b’mod differenti u jkollhom apparat imwaħħal mar-rota. Allura, kif nista’ jiena wkoll inkun ċiklist bħalhom?

  • Tfal

    Mill-Avventuri ta’ Emilja: Jum il-Mixi u r-Rota

    Ħbieb, jekk taħsbu li l-iskola tibda biss meta tidħol fil-klassi trid ngħidilkom sigriet ċkejken bejnietna… Il-ġurnata tiegħi l-iskola bdiet minn qabel, minn meta tlaqt mid-dar filgħodu!

  • Tfal

    Mill-Avventuri ta’ Emilja: Mawra sa Wied il-Qlejgħa

    “Qed nisma’ sew? Dan it-telefon qed idoqq!” Dlonk qomt mis-sodda u bħall-leħħa ta’ berqa tlaqt niġri b’kemm kelli saħħa biex nirrispondi, għax kont naf li n-nanna Lina kellha ċempilli.

  • Tfal

    L-Avventura ta’ Emilja: Festa ta’ lwien u nar tal-art.

    “Illum se mmorru l-Belt naraw spettaklu sabiħ tan-nar!” qaltli n-nanna Lina. “U se mmorru bil-karozza tal-linja, b’xejn! Taf li Tallinja żiedet 400 vjaġġ ġdid kuljum biex in-nies jaslu aħjar u aktar malajr?”

  • Tfal

    Kif Malta qed tgħin vapuri kbar jużaw enerġija aktar nadifa

    Qatt rajt vapur kbir wieqaf u ankrat f’port? Dawn il-vapuri li jissejħu cruise-liners huma bħal bliet li jżommu f’wiċċ l-ilma. Għandhom kċejjen, ħafna dwal, u anke arja kundizzjonata! Iżda għandhom bżonn l-enerġija biex iżommu dan kollu jaħdem, anke meta ma jkunux qed jiċċaqalqu.

  • Tfal

    L-Użu tar-Rota u il-Mixi

    Iż-żmien itir bħar-riħ! Hekk kif jintemmu wkoll il-vaganzi tas-Sajf, issa ninsabu ħerqana biex nibdew sena skolastika oħra. Permezz ta’ dawn il-paġni, ser nibda naqsam magħkom informazzjoni interessanti li tajjeb li nkunu aġġornati magħha.

  • Tfal

    Artiklu Sagħtarin

    It-trasport multimodali huwa meta tuża tipi differenti ta’ trasport, bħal Karozza tal-linja, rota, jew anke meta timxi, biex tasal fejn trid malajr u b’mod aktar nadif.

  • Ġenerali

    Jitħabbru d-dettalji tal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà 2024

    Il-Ministru Chris Bonett u s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli ħabbru d-dettalji relatati mal-Ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà 2024, li se tittella’ bejn is-16 u t-22 ta’ Settembru bit-tema għal din is-sena ‘Spazju Pubbliku Kondiviż’.